

AVVIŻ:
Nittamaw li tinsab tajjeb/tajba. Hekk kif qed joqrob iż-żmien tal-Milied u dalwaqt nidħlu fiż-Żmien tal-Istennija tal-Avvent, qed nistiednuk tieqaf, tirrifletti, u tiskopri mill-ġdid it-tradizzjoni sabiħa tal-Presepju permezz tal-kors li qed inħejju, Il-Presepju: Sors ta’ Fidi.
Il-kors huwa bbażat fuq Admirabile Signum, l-Ittra Appostolika tal-Papa Franġisku fejn proprju jirrifletti fuq ix-xena tan-Nativita’.
Il-kors qed isir kompletament online permezz ta’ sett ta’ filmati rrekordjati. Hekk tista’ wkoll tqassam il-ħin u l-filmati kif tixtieq kif ukoll tista’ tingħaqad minn kullimkien, basta għandek aċċess għall-internet. Dawn il-filmati tista’ pereżempju tinkludihom fil-mumenti ta’ talb li diġa ssib matul il-ġurnata u ġimgħa tiegħek. Il-kors idum miftuħ għal xahar.
Jekk inti interessat tagħmel din il-mixja f’dan l-Avvent u Milied, segwi waħda minn dawn il-ħoloq:
Jekk int student tal-PFI jew operatur pastorali: https://pfi.edu.mt/course/presepju-pfi/
Jekk ma intix student tal-PFI jew operatur pastorali: https://pfi.edu.mt/course/presepju/
Nitolbuk tapplika sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2025.
Grazzi u tislijiet,
It-tim tal-PFI
