Enrolment options

Dan il-kors għandu jservi bħala introduzzjoni għal-liturġija mqaddsa, il-quċċata u l-għajn – “l-quċċata li lejha timxi l-ħidma tal-Knisja u fl-istess waqt l-għajn li minnha ġejja kull qawwa tagħha” (S.C 10). Nibdew minn x’inhi l-liturġija, ngħaddu biex naraw iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa waqt li nitgħallmu fuq l-animazzjoni liturġika, l-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija u l-għajxien tal-istess liturġija fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk il-parteċipanti li jieħdu sehem b’mod jew ieħor fil-liturġija mqaddsa jikbru fl-għarfien u jifhmu dejjem iktar is-sehem tagħhom fl-ikbar u l-isbaħ talba tal-Knisja.


Skill Level: Beginner
Self enrolment (Student)