Enrolment options

F’dan l-Avvent, b’mod speċjali fil-ġranet tan-Novena tal-Milied, nesploraw l-ispiritwalità li iġib magħha it-tradizzjoni sabiħa tal-Presepju. Permezz ta’ għarfien skritturali, nkunu mistiedna nirriflettu fuq is-simboliżmu qawwi tal-Presepju. Se nagħmlu dan ukoll bl-għajnuna ta’ Admirabile Signum, Ittra Appostolika ta’ Papa Franġisku fejn proprju jirrifletti fuq il-Presepju. Għalhekk waqt li narmaw il-Presepju, ejja ninżlu iktar fil-fond fil-fidi personali, il-ferħ u t-tama li jġib miegħu t-twelid tal-Messija.


Għażiż/a student/a,

Nirringrazzjawk talli ħadt l-inizjattiva sabiex tapprofondixxi l-mixja formattiva tiegħek bħala nisrani. Dawn il-filmati ser jibqgħu disponibbli sa nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar 2026 u ladarba tarahom, tista' terġa' tarahom sa dakinhar. Nħeġġuk ukoll sabiex tagħmel il-mixja sħiħa jġiefiri billi tara l-filmati u tlesti l-kwiżż li ser ikun disponibbli wara l-aħħar filmat.

Nagħtu ringrazzjament speċjali lis-Sorijiet Missjunarji ta' Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun, li tawna aċċess sabiex niġbdu l-filmati fil-presepju mekkaniku tagħhom, li llum għandu 78 sena!

Min jixtieq jara dan il-presepju b'mod fiżiku, dan il-presepju ser ikun disponibbli għaż-żjarat minn nhar il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2025 sa nhar il-Ħamis 4 ta' Jannar 2026 f'dawn il-ħinijiet tal-ftuħ:

Kuljum mid-9:00am sa 12:00pm u mill-4:00pm sas-7:00pm.

Post: https://maps.app.goo.gl/TmjuTa5ENX1mchRq6

Course Duration: 5
Skill Level: Beginner
Self enrolment (participant)