
Il-Papa Franġisku, aktar minn darba tkellem fuq il-ħtieġa tal-bniedem tal-lum li jifforma ruħu għall-għarfien simboliku. Dan mhux meħtieġ tant biex in-Nisrani jifhem b’mod razzjonali t-tifsira tas-simboli jew ikollu għarfien tat-twemmin tal-Knisja, imma biex iħalli l-ġrajja simbolika ssir f’ħajtu esperjenza vitali. Sabiex il-bniedem jerġa’ jiskopri lilu nnifsu f’relazzjoni ma’ Alla-Trinità jeħtieġlu jerġa’ jitgħallem il-lingwaġġ simboliku li Alla nnifsu għażel li juża biex jirrivela lilu nnifsu lid-dinja.
L-għan ta’ dawn is-sessjonijiet huwa li nifhmu kif iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, permezz tal-lingwaġġ tas-simboli, tifforma l-umanità tagħna u tressaqna lejn Alla bħala komunità li temmen bl-istess mod kif l-Insara tal-ewwel sekli kienu ffurmati permezz tal-katekeżi mistagoġika biex jidħlu fil-Misteru ta’ Kristu.
- Manager: Fiona Borg Catania
- Manager: Brandon Cauchi
- Manager: Jonathan Ellul Bonnici
- Manager: Claude Mifsud
- Manager: Corinne Sammut Micallef Grimaud
- Manager: Marisabel Spiteri
- Manager: A Zaf
- Teacher: Rev. Christian Anthony Borg OFM Conv.